Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Interbev vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Azzjonijiet immexxija minn Interbev – Finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Irtirar tad-deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association nationale interprofessionnelle du bétail et des viandes (Interbev) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Morrier u A. Bouviala, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky u S. Thomas, sussegwentement B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/131/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar il-levies [kontribuzzjonijiet] favur Interbev (ĠU L 59, p. 14).DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.