Language of document : ECLI:EU:T:2013:242





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI – Impexmetal (IKFŁT KRAŚNIK)

(Kawża T‑19/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IKFŁT KRAŚNIK — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FŁT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27‑29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi IKFŁT KRAŚNIK u FŁT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 52, 54)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2475/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impexmetal S.A. u Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.