Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2008 - Indo International vs L-UASI - Visual (VISUAL MAP)

(Kawża T-260/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Indo Internacional, SA (Sant Cugat del Vallės, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté and M. Curell Aguilà, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Visual SA (Saint Apollinaire, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni li l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta fil-15 ta' April 2008 fil-każ R 700/2007-1 u

il-kundanna tal-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Indo Internacional SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "VISUAL MAP" għas-servizzi fil-klassi 44 - applikazzjoni Nru 393 2936

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Nru 043 303 854 fi Franza tat-trade mark verbali "VISUAL" għas-servizzi fil-klassi 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________