Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Frar 2012 - Chrysamed Vertrieb vs UASI - Chrysal International (Chrysamed)

(Kawża T-46/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Novembru 2011, fil-Każ R 46/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni;

tikkkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Chrysamed" għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 387 071)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Chrysal International BV

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "CHRYSAL", reġistrazzjoni internazzjonali Nru 645 377 għal prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 31 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 144 634 għal prodotti fil-klassi 1, kif ukoll it-trade mark figurattiva "CHRYSAL", reġistrazzjoni internazzjonali Nru 877 785 għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, fin-nuqqas ta' kull probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni

____________