Language of document : ECLI:EU:T:2020:437


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) tat23 ta’ Settembru 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs KRU

(Kawża T-414/17)

“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni unika ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (MRU) – Fond ta’ riżoluzzjoni unika (FRU) – Deċiżjoni tal-KRU fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 – Rikors għal annullament – Effett dirett u individwali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali essenzjali – Awtentifkazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Riżoluzzjoni Unika (KRU) fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond ta’ Riżoluzzjoni Unika (FRU) – Effett dirett u individwali ta’ stabbiliment debitur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet

(Artikolu 263(4) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikoli 67(4) u 70(2))

(ara l-punti 26, 27, 62, 65)

2.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Assenza d’awtentifikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Neċessità li jiġi invokat preġudizzju jew difetti oħra minbarra l-assenza ta’ awtentifikazzjoni – Assenza – Motiv li għandu jitqajjem ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 29, 31 sa 32)

3.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Assenza ta’ awtentifikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Anness tad-deċiżjoni kkontestata li jikkonstitwixxi element essenzjali – Dokument elettroniku mhux iffirmat u mhux marbut b’mod indiviżibbli mat-test tad-deċiżjoni kkontestata

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 40, 41, 48)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Assenza ta’ awtentifikazzjoni ta’ att – Assenza jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv li għandu jitqajjem ex officio mill-qorti

Artikolu 263 – 166 TFUE

(ara l-punti 43, 44, 100)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Rabta mill-qrib bejn l-obbligu ta’ motivazzjoni u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

(Artikolu 296(2) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 47)

(ara l-punti 57 sa 77, 63)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Riżoluzzjoni Unika (KRU) fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond ta’ Riżoluzzjoni Unika (FRU) – Opaċità tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijet ex-ante – Kalkolu rikorrenti b’mod interdipendenti mad-data kunfidenzjali ta’ stabbilimenti oħra – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li joriġinaw, parzjalment għall-kalkolu marbut mal-addattament skont il-profil ta’ riskju, fl-illegalità, invokata permezz ta’ eċċezzjoni, tal-Artikoli 4 sa 7 u 9 u tal-Anness I tar-Regolament ta’ delega 2015/63

(Artikoli 296 u 277 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikoli 67(4) u 70(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2015/63, Artikoli 4 sa 7 u 9 u Anness I; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/59, Artikolu 103)

(Ara l-punti 66, 69, 76, 81, 84, 98, 100, 102)

7.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Riżoluzzjoni (KRU) li tistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond ta’ Riżoluzzjoni Unika (FRU) – Annullament li jwassal sabiex jitpoġġa f’dubju l-ġbir tal-ammonti ta’ flus imwettaq abbażi tal-att annullat – Riskju ta’ preġudizzju għaċ-ċertezza legali tal-interessi inkwistjoni – Assenza

(Artikolu 264 TFUE)

(ara l-punti 106 sa 109)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KRU fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond ta’ Riżoluzzjoni Unika (SRB/ES/SRF/2017/05), safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Riżoluzzjoni Unika (KRU) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 fil-Fond ta’ Riżoluzzjoni Unika (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank AG.

2)

Il-KRU għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Hypo Vorarlberg Bank.