Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs KRU

(Kawża T-414/17) 1

[“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni unika tal-istabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi tal-investiment (MRU) – Fond ta’ riżoluzzjoni unika (FRU) – Deciżjoni tal-KRU fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Forom sostanzjali – Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG, li kienet Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awtsrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Messina u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KRU fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond ta’ riżoluzzjoni unika (SRB/ES/SRF/2017/05), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ riżoluzzjoni unika (KRU) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond ta’ riżoluzzjoni unika (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank AG.

Il-KRU għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Hypo Vorarlberg Bank.

____________

1     ĠU C 277, 21.8.2017.