Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Panzeri vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-677/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja) (rappreżentant: C. Cerami, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Fuq il-mertu: tilqa’ dan ir-rikors u għaldaqstant tannulla l-miżura kkontestata minħabba l-illegalità tagħha;

Sussidjarjament: tibgħat lura l-atti lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew sabiex jistabbilixxi mill-ġdid b’mod ekwu l-ammont li l-irkupru tiegħu huwa mitlub;

Tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż;

Ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq kull riżerva legali u fuq kull fakultà li jinvoka kwalunkwe argument, li tinkludi li jagħmel talba għal kundanna ta’ ħlas lura, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni, ta’ somom li eventwalment jitħallsu medio tempore, konformement mal-ordni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra n-nota nru 315070 tal-21 ta’ Settembru 2015 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew – Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri, permezz ta’ nota ta’ debitu fil-konfront tar-rikorrent għal EUR 83 764.00; kif ukoll kontra n-nota nru 312998 tas-27 ta’ Lulju 2012 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, bil-lingwa Ingliża, permezz tal-motivazzjonijiet fin-nota ta’ debitu nru 315070 tal-21 ta’ Settembru 2015; u kontra kull att preżuppost ieħor, konness u konsegwenti fir-rigward ta’ dawk indikati iktar ’il fuq.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjoni materjali fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) 2012/966; fuq ksur tal-prinċipju ta’ tul raġonevoli, u fuq il-preskrizzjoni tal-ammont riċevibbli mitlub mill-Unjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li l-ammont riċevibbli ta’ EUR 83 764.34 li l-Parlament jitlob il-ħlas lura tiegħu b’mezz amministrattiv fil-konfront tar-rikorrent huwa preskritt, fis-sens tal-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) 2012/966. Fil-fatt, il-fatti li kienu l-bażi għall-allegat ammont riċevibbli tal-Unjoni jirreferu esklużivament għall-perijodu ta’ ħames snin 2004-2009, filwaqt li l-ordni ta’ ħlas magħmula mid-Direttorat saret biss fil-21 ta’ Settembru 2015, u għalhekk tirriżulta assolutament tardiva.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikoli 1, 4(6), 6(5) u 9 kif ukoll skont il-premessa 10 tar-Regolament (KE) 1999/1073; fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF; fuq l-inkompetenza tal-OLAF, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ investigazzjoni u ta’ kunsiderazzjoni.Huwa sostnut f’dan ir-rigward li l-proċedura mwettqa mill-OLAF hija vvizzjata minn diversi aspetti, peress li ġiet prekluża l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ kontradittorju fir-rigward tar-rikorrent, li r-rapport finali dwar l-investigazzjoni huwa nieqes, li l-proċedura ta’ investigazzoni tal-OLAF kollha kienet saret bi ksur manifest tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) 1999/1073, peress li nbdiet fit-23 ta’ Novembru 2009 u kienet intemmet (preżumibbilment) biss f’Lulju 2012. Minbarra dan, l-OLAF ma setax ikun kompetenti, fid-dawl tan-natura ftit sinjifikattiva tal-aġir li r-rikorrent huwa kkritikat bih, bi ksur sussegwenti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 55 TUE, tal-Artikolu 20 u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE; tal-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew.Ir-rikorrent jirrileva li n-nota nru 312998 tas-27 ta’ Lulju 2012 mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, li tesponi biss l-ilmenti effettivament infurmati lir-rikorrent, kienet ġiet ifformulata bil-lingwa Ingliża. Dan kien wassal għal ksur ta’ diversi regoli tat-Trattati Ewropej kif ukoll tal-Istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew, intiżi sabiex jiġġarantixxu lil kull ċittadin tal-Unjoni, inklużi l-membri tal-Parlament Ewropew, id-dritt li jikkorrispondu, oralment jew bil-miktub, mal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni billi jagħmlu użu mil-lingwa materna pro

prja.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikoli 62 u 68 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008; fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 14(2) tar-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew; dwar l-ineżistenza tal-miżura u dwar in-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni.F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jirrileva li s-Segretarju Ġenerali kien naqas milli jagħti (jew, tal-inqas, li jinnotifikah) d-deċiżjoni finali tiegħu, li abbażi tagħha ġie adottat l-ordni ta’ pagament ikkontestat. Dan kien b’mod ċar iddetermina n-nuqqas assolut t

a’ motivazzjoni, kif ukoll l-ineżistenza tal-miżura finali. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew huma ineżistenti.

____________