Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Panzeri vs Il-Parlament u L-Kummissjoni

(Kawża T-677/15) 1

(“Rikors għal annullament – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Att preparatorju – Inammissibbiltàˮ)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja)(rappreżentant : C. Cerami, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra tad-Direttur tad-Direttorat B “Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membriˮ tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2015, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 83 764.34 u li tikkomunika n-nota ta’ debitu tat-18 ta’ Settembru 2015 relatata magħha u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-27 ta’ Lulju 2012, li tinforma lir-rikorrent bil-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni rigward l-użu tal-allowances parlamentari tiegħu.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn huwa intiż kontra l-ittra tad- Direttur tad-Direttorat B “Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membriˮ tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2015 u kontra n-nota ta’ debitu Nru 2015-1320 tat-18 ta’ Settembru 2015.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Pier Antonio Panzeri huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 27, 25.1.2016.