Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-675/15) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan – Dazju antidumping definittiv – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 – Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu  2(7)(a) tar-Regolament 2016/1036] – Valur normali – Għażla tal-pajjiż terz xieraq – Aġġustamenti – Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(10(k) tar-Regolament 2016/1036] – Kalkolu tal-marġni ta’ dumping – Aġġustamenti – Artikolu 3(2)(6) u (7) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 3(2)(6) U (7) tar-Regolament 2016/1036] – Preġudizzju – Rabta kawżali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd (Taiyuan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood, barristers, u C. Van Haute, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, p. 10).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL.

____________

1     ĠU C 38, 1.2.2016.