Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2011 - Dimian vs UASI - Bayer Design Fritz Bayer (BABY BAMBOLINA)
(Kawża T-581/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dimian AG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG (Michelau, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Awwissu 2011 fil-Każ R 1822/2010-2; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "BABY BAMBOLINA", għal prodotti fil-klassi 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6403927
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità ibbażat it-talba tagħha fuq l-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u fuq l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) flimkien mar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell eskluda r-rilevanza tal-katalgi msemmija li jirreferu għall-perijodu 2008-2009.
____________