Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2011 - Atlas Transport vs UASI - Hartmann (ATLAS TRANSPORT)
(Kawża T-584/11)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt , K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 2262/2010-1;
tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark verbali "ATLAS TRANSPORT" għal servizzi fil-klassi 39.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Alfred Hartman.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għar-revoka miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.
Motivi invokati: Ksur tar-Regola 40(5), flimkien mar-Regola 22, tar-Regolament ta' Implementzzjoni Nru 2868/95 minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-provi; ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, fl-interpretazzjoni litterali tiegħu, il-konvenut indirizza l-kwistjoni biss ta' jekk kienx hemm użu leġittimu tat-trade mark għas-servizzi korrispondenti; ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, fid-determinazzjoni tat-tifsira tat-terminu "trasport", il-konvenut irrefera biss għal sors wieħed u għalhekk evalwa dan it-terminu mingħajr id-debita attenzjoni u b'mod insuffiċjenti; ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jesprimi b'mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-opinjoni legali tiegħu; ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba ksur tad-dritt għal smigħ.
____________