Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Diċembru 2012 - Atlas Transport vs UASI - Hartmann (ATLAS TRANSPORT)
(Kawża T-584/11)
("Trade mark Komunitajra - Proċedimenti ta' revoka - Irtiar tal-applikazzjoni għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Settembru 2011 (Kawża R 2262/2010-1), dwar proċedimenti ta' revoka bejn A. Hartmann u Atlas Transport GmbH.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 32, 04.02.2012