Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Dimian vs UASI – Bayer Design Fritz Bayer (Baby Bambolina)

(Kawża T-581/11) 1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva Baby Bambolina – Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Bambolina – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dimian AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG (Michelau, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1822/2010 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dimian AG u Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dimian AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 25, 28.01.2012.