Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 minn Giorgio Lebedef mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ April 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-56/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/13 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ April 2013 fil-Kawża F-56/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni, li għandha bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni dixxiplinari, tad-6 ta’ Lulju 2010, li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni li jitniżżel b’żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjoni;

tilqa’ t-talbiet tal-appellant imressqa fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka numru ta’ aggravji dwar il-punti 35, 36, 44, 45, 56, 57, 69, 70, 71, 77, 78, 86, 95 u 96 tas-sentenza appellata, ibbażati fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ arbitrarjetà, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-fatti u interpretahom b’mod żbaljat u billi qara u intepreta b’mod ħażin ir-rikors fl-ewwel istanza u d-deċiżjoni kkontestata.