Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/13) 1

[“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tas-servizzi tal-ajruport – Deċiżjoni li tiċħad ilment – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru – Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità – Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyJet Airline (Luton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Werner u R. Marian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Luchthaven Schiphol NV (Schipol, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, G. Hakopian u S. Molin, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 2727 finali, tat-3 ta’ Mejju 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Luchthaven Schiphol, fir-rigward ta’ allegat aġir antikompetittiv fis-suq tas-servizzi tal-ajruport (Każ COMP/39.869 – easyJet/Schiphol).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.easyJet Airline Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.