Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2021 – El-Qaddafi vs Il-Kunsill

(Kawża T-322/19)1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet ta’ dħul fi, u ta’ tranżitu mit-territorju tal-Unjoni Ewropea – Lista tal-persuni li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu mit-territorju tal-Unjoni – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi (Muskat, l-Oman) (rappreżentant: S. Bafadhel, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/497 tal-21 ta’ Marzu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2017, L 76, p. 25), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal-5 ta’ Marzu 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 71, p. 14), sa fejn dawn iżommu isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU 2015, L 206, p. 34), u, fit-tieni lok, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/489 tal-21 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2017, L 76, p. 3), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/371 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 71, p. 5), sa fejn iżommu isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kunsill astjena b’mod illegali milli jinnotifika lir-rikorrenti l-atti inkwistjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħhom.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/497 tal-21 ta’ Marzu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal-5 ta’ Marzu 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati sa fejn huma jżommu isem Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/489 tal-21 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/371 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati sa fejn iżommu isem Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011.

L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374 huma miżmuma fir-rigward ta’ Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ippreżentat f’dak il-perijodu, saċ-ċaħda eventwali tal-appell.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 246, 22.7.2019.