Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2021 – NSV, NM vs BT

(Kawża C-87/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: NSV, NM

Konvenut: BT

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(2), l-Artikolu 5 [u] l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex eskluża klawżola dwar ir-riskju tal-kambju, li tittrasponi f’kuntratt bi ħlas, irregolat minn relazzjonijiet ta’ poter, prinċipju espress minn regola supplimentari li hija applikabbli għal kuntratt bla ħlas, intiża sabiex tqiegħed lill-partijiet kontraenti fuq l-istess livell iżda li ma ġietx evalwata mil-leġiżlatur li tilħaq bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tal-bejjiegħ jew fornitur u tal-konsumatur, fil-każ fejn it-traspożizzjoni tkun saret mill-bejjiegħ jew fornitur mingħajr ma jinforma, jagħti parir, iwissi lill-konsumatur, fl-istadju prekuntrattwali, dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott bankarju mill-perspettiva tal-karatteristiċi tal-kambju tal-kreditu, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jifhem il-konsegwenzi ekonomiċi tal-impenn tiegħu?

Id-Direttiva 93/13/KEE għandha tiġi interpretata fis-sens li l-esklużjoni ma hijiex iġġustifikata jekk hemm indikazzjonijiet li l-bejjiegħ jew fornitur daħħal il-klawżola b’mala fide, billi jaf li l-applikazzjoni tal-prinċipju espress bir-regola supplimentari x’aktarx tikkawża żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, għad-detriment tal-konsumatur?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.