Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2011 - Borax Europe vs REACH

(Kawża T-346/10) 1

("Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-aċidu boriku u tat-tetraborat tad-diossidju anidrat bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Borax Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Nordlander, avukat, u H. Pearson, solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-REACH, ippubblikata fit-18 ta' Ġunju 2010, li tidentifika l-aċidu boriku (KE Nru 233-139-2) u t-tetraborat tad-diossidju anidrat (KE Nru 215-540-4) bħala sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u li tinkludi dawk is-sustanzi fil-lista ta' sustanzi identifikati bil-ħsieb ta' inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament, skont l-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Borax Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.