Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 – Adelholzener Alpenquellen vs UASI (Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat)

(Kawża T-347/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat – Raġuni assoluta għal rifjut –Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ dikjarazzjoni fuq il-limitu tal-protezzjoni – Artikolu 37(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adelholzener Alpenquellen GmbH (Siegsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Rauscher u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1516/2009-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali rrappreżentat f’forma ta’ flixkun b’disinn intaljat bħala trade mark Komunitarja. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Adelholzener Alpenquellen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.