Language of document : ECLI:EU:T:2012:221





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta̕ Mejju 2012 — Panzeri vs UASI — Royal Trophy (Royal Veste e premia lo sport)

(Kawża T-348/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Royal Veste e premia lo sport — Trade mark Komunitarji u trade mark internazzjonali verbali preċedenti veste lo sport — Trade mark figurattiva preċedenti mhux irreġistrata panzeri veste lo sport — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għall-prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 39, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 988/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Luigi Panzeri u Royal Trophy Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 988/2009‑1) hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.