Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2010 - Adelholzener Alpenquellen vs UASI (forma ta' flixkun b'enfasi ta' immaġni ta' tliet quċċati ta' muntanji)

(Kawża T-347/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adelholzener Alpenquellen GmbH (Siegsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 1516/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta' flixkun b'enfasi ta' immaġni ta' tliet quċċati ta' muntanji)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru deskrittiv, kif ukoll ksur tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kellux dritt jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq nuqqas ta' disclaimer, u ksur tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li r-rikorrenti ma rrappreżentatx l-immaġni li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).