Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' April 2011 - Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/10)1

"Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/429/UE, tat- 28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 88017 x MON 810 (MON-88Ø17-3 x MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, p.46).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d'Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d'Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.