Language of document : ECLI:EU:T:2016:594





cotfaancjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2016 –

Lidl Stiftung vs EUIPO - Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-549/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Castello – Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Castelló – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 36)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 37-39)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku – Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 40, 41)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 42)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a), u 42(2) u (3)] (ara l-punt 43)

6.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali Castello u trade marks figurattivi Castelló [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 50, 54, 65, 96, 111-115)

7.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 62, 110)

8.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 67, 68, 72)

9.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 97, 98)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar u Lidl Stiftung & Co.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni f’dak li jikkonċerna l-frott u l-ħxejjex iffriżati li jidħlu fil-klassi 29 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u mibdul.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Lidl Stiftung & Co. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-EUIPO.

4)

L-EUIPO għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu stess.