Language of document : ECLI:EU:T:2013:111





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — Schönberger vs Il-Parlament

(Kawża T-186/11)

“Rikors għal annullament — Dritt ta’ petizzjoni — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew — Petizzjoni ddikjarata ammissibbli — Deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ petizzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċet  — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent — Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta’ petizzjoni ddikjarata ammissibbli — Esklużjoni (Artikoli 227 TFUE u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 44; Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 202) (ara l-punti 15, 18-23)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Jannar 2011 li għalqet l-eżami tal-petizzjoni, li ġiet iddikjarata ammissibbli, ippreżentata mir-rikorrent fit-2 ta’ Ottubru 2010 (petizzjoni Nru 1188/2010).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Peter Schönberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.