Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2009 - Pascual García vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-106/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: César Pascual García (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta' ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta' April 2006 u l-1 ta' Marzu 2009, kif ukoll il-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta' ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta' April 2006 u l-1 ta' Marzu 2009, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________