Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Laufen Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Imputabbiltà ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Gravità tal-ksur – Koeffiċjenti – Ċirkustanzi attenwanti – Kriżi ekonomika – Pressjoni eżerċitata mill-grossisti – Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 – Tnaqqis tal-ammont tal-multa – Valur miżjud sinjifikattiv”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laufen Austria AG (Wilhemsburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Navarro Varona u L. Moscoso del Prado González, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Laufen Austria AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.