Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2021 minn Puma SE, Puma United Kingdom Ltd, Puma Nordic AB, Austria Puma Dassler GmbH, Puma Italia Srl, Puma France SAS, Puma Denmark A/S, Puma Iberia, SL, Puma Retail AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-781/16, Puma et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-507/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Puma SE, Puma United Kingdom Ltd, Puma Nordic AB, Austria Puma Dassler GmbH, Puma Italia Srl, Puma France SAS, Puma Denmark A/S, Puma Iberia, SL, Puma Retail AG (rappreżentanti: E. Vermulst, J. Cornelis, advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 1 tat-18 ta’ Awwissu 2016, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 2 tat-13 ta’ Settembru 2016 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 3 tat-28 ta’ Settembru 2016; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti relatati ma’ dan l-appell kif ukoll dawk relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-781/16

jew sussidjarjament,

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

L-ewwel, is-sentenza appellata naqset milli tindirizza l-essenza tal-ewwel motiv tal-appellanti, u b’hekk tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni, is-sentenza appellata applikat kriterju legali żbaljat meta eżaminat il-parti tat-tielet motiv fejn l-appellanti sostnew li r-Regolamenti kkontestati kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tielet, fil-kuntest tar-raba’ motiv tal-appellanti, is-sentenza appellata interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 1 tas-17 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, u injorat il-prinċipju legali li ħadd ma jista’ jinkiseb xi vantaġġ mill-aġir ħażin tiegħu stess.

____________

1     Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta’ Awwissu 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 225, p. 52).

1     Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta’ Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 245, p. 16).

1     Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta’ Settembru 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 262, p. 4).

1     ĠU 2016, L 41, p. 3.