Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – SAS Cargo Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/11) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SAS Cargo Group A/S (Kastrup, id-Danimarka); Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden (Stokkolma, l-Iżvezja); u SAS AB (Stokkolma) (rappreżentanti: inizjalment M. Kofmann, B. Creve, avukati, I. Forrester, QC, J. Killick u G. Forwood, barristers, sussegwentement M. Kofmann, B. Creve, J. Killick u G. Forwood)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. von Lingen, V. Bottka u S. Noë, sussegwentement V. Bottka u A. Dawes, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn l-Kommunità Ewropea u il-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn l-Kommunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata, sa fejn din tirrigwarda lil SAS Cargo Group A/S, lil Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden u lil SAS AB.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn SAS Cargo Group A/S, minn Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden u minn SAS.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 89, 19.03.2011.