Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Frar 2012 - Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/08) 

("Kompetizzjoni - Ftehim - Suq tal-gomma kloropren - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Qsim tas-suq - Prova tal-parteċipazzjoni fil-ftehim - Prova tad-distakkar mill-ftehim - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-multi - Nonretroattività - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denki Kagaku Kogyo Kabushiki Kaisha (Tokjo, il-Ġappun); u Denka Chemicals GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment G. van Gerven, T. Franchoo u D. Fessenko, sussegwentement T. Franchoo, B. Bär-Bouyssière u A. de Beaugrenier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali, tal-5 ta' Diċembru 2007, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38629 - Gomma Kloropren), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti b'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Denki Kagaku Kogyo Kabushiki Kaisha u Denka Chemicals GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.