Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Lulju 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/08) 

"FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħaxix - Żvilupp rurali - Nuqqas ta' osservanza tat-termini għall-ħlas - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Awtorità ta' res judicata - Terminu ta' 24 xahar - Prinċipju ta' proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment V. Kontolaimos, S. Charitaki u M. Tassopoulou, sussegwentement M. Tassopoulou u I. Chalkias u K. Tsagkaropoulos, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn P. Katsimani, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2008/68/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija [(FAEGG), taqsima "Garanzia"] (ĠU 2008, L 18, p. 12), sa fejn hija tirreferi għal ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 142, 07.06.2008.