Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2012 - ZZ vs Il-Kummssjoni
(Kawża F-140/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummssjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tar-rifjut tal-applikazzjoni konfermattiva ta' aċċess, mressqa mir-rikorent quddiem il-Kummissjoni, għal xi mistoqsijiet magħmula lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' preselezzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230 231/12.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermattiva ta' aċċess għad-dokumenti mressqa mir-rikorrent;
sa fejn ikun meħtieġ u b'mod partikolari sa fejn tiġi stabbilita n-natura deċiżjonali tagħhom, jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju 2012 tal-EPSO, li abbażi tagħhom ir-rikorrent ġie rrifjutat l-aċċess għal seba' mill-mistoqsijiet li kienu s-suġġett tal-fażi ta' preselezzjoni tal-kompetizzjoni esterna EPSO/AD/230-231;
jikkundanna lill-Kummssjoni għall-ispejjeż.
____________