Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – VF International vs EUIPO – Super Brand Licencing (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

(Kawża T-639/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: Y. Bizollon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Super Brand Licencing SAS (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 124/2022-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 124/2022-4) hija annullata.

L-EUIPO u Super Brand Licencing SAS għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, nofs kull wieħed, tal-ispejjeż imġarrba minn VF International Sagl.

____________

1     ĠU C 463, 5.12.2022.