Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Marzu 2024 – Lidl Stiftung vs EUIPO – MHCS (Sfumatura tal-kulur oranġjo)

(Kawża T-652/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura tal-kulur oranġjo – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Rappreżentazzjoni grafika ċara u preċiża biżżejjed – Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament 2017/1001] “)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz, K. Wagner u A. Wrage, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentanti: O. Vrins, B. Raus u N. Clarembeaux, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 118/2022-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 118/2022-4) hija annullata.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Lidl Stiftung & Co. KG, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

MHCS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 472, 12.12.2022.