Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2022 – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-132/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BM, NP

Konvenut: Minnistero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domanda preliminari

L-Artikolu 45(1), l-Artikolu 45(2) TFUE u l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni 1 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola bħal dik prevista fl-Artikolu 1(655) tal-Liġi Nru 205/2017, li tgħid li, għal sehem fi proċedura ta’ inklużjoni fil-listi għall-konklużjoni ulterjuri ta’ kuntratti ta’ tagħlim għal żmien determinat fl-istabbilimenti Taljani tal-AFAM, titqies biss l-esperjenza professjonali miksuba mill-kandidati f’dawn l-istabbilimenti nazzjonali, u mhux dik li jkunu kisbu fi stabbilimenti tal-istess livell f’pajjiżi Ewropej oħra, peress li l-proċedura inkwistjoni għandha l-għan partikolari li tiġġieled il-fenomenu tax-xogħol prekarju fl-Italja; fil-każ li din il-leġiżlazzjoni Taljana ma tkunx ikkunsidrata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala f’kunflitt b’mod astratt mal-qafas leġiżlattiv Ewropew, il-miżuri li hija tipprevedi jistgħu jitqiesu proporzjonati, fil-konkret, mal-għan ta’ interess ġenerali msemmi iktar ʼil fuq?

____________

1 ĠU 2011, L 141, p. 1.