Rikors ippreżentat fis-6 ta Frar 2013 - GOLAM vs UASI - Glaxo Group (METABIOMAX)
(Kawża T-62/13)
Lingwa tar-rikors: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tilqa' dan ir-rikors għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 2089/2011-2;
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa' t-talba tar-rikorrenti kollha kemm hi;
tordna lill-parti l-oħra tħallas lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta' din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "METABIOMAX", għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 30 - Trade mark Komunitarja Nru 8885261
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja "BIOMAX" irreġistrata bin-Nru 2661858, għal prodotti fil-kalssijiet 5, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
____________