Language of document : ECLI:EU:T:2021:572


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2021 –
Franza vs ECHA

(Kawża T-127/20)

“REACH – Evalwazzjoni ta’ sustanzi – Klorur tal-aluminju – Klorur tal-aluminju bażiku – Sulfat tal-aluminju – Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali – Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Appell imressaq quddiem il-Bord tal-Appell – Diversi raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw id-deċiżjoni – Natura ineffettiva tal-motivi intiżi kontra r-raġunijiet l-oħra”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Motivi u lmenti li ma jistgħux iwasslu għall-annullament tal-att ikkontestat – Motivi ineffettivi

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 32)

2.      Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ tali deċiżjoni – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 33)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Eżami ex officio – Eżami ex officio mill-Qorti Ġenerali ta’ motiv mhux invokat mir-rikorrent dwar il-legalità sostantiva tad-deċiżjoni kkontestata– Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 35)

4.      Approssimazzjoni tal-liġijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Proċedura ta’ evalwazzjoni – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li titlob informazzjoni addizzjonali fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ sustanza – Neċessità tal-istudju addizzjonali mitlub – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-ECHA – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Obbligu li s-sustanza jew is-sustanzi ikkonċernati minn talba għal informazzjoni addizzjonali jkunu identifikati b’mod preċiż

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 66 u l-Artikolu 46)

(ara l-punti 37 sa 39, 43 sa 46, 51, 52, 57, 62)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tas-17 ta’ Diċembru 2017 li tannulla tliet deċiżjonijiet tal-ECHA tal-21 ta5 Diċembru 2017 li titlob li r-reġistranti kkonċernati jwettqu testijiet ġodda fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-klorur tal-aluminju, tal-klorur tal-aluminju bażiku u tas-sulfat tal-aluminju (Każijiet magħquda A-003-2018, A-004-2018 u A-005-2018).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), minn Kemira Oyj u minn Grace Silica GmbH.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.