Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 - Wilms vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Günter Wilms (Brusell, il-Belġju) (rappreżentant: M. van der Woude, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 in kwantu din ma tagħti lir-rikorrent ebda punt ta' prijorità supplementari taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2003, għal total ta' punt ta' prijorità u numru totali ta' 19-il punt, u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens.
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 in kwantu din ma tagħti lir-rikorrent ebda punt ta' prijorità supplementari taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2003, għal total ta' punt ta' prijorità u numru totali ta' 19-il punt;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens ta' mill-inqas EUR 5 000;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________