Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2022 – Naas u Sea Watch vs Frontex

(Kawża T-205/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marie Naas (Berlin, il-Ġermanja), Sea Watch eV (Berlin) (rappreżentanti: I. Van Damme u Q. Declève, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni DGSC/TO/PAD-2021-00350 tal-Frontex tas-7 ta’ Frar 2022;

tikkundanna lill-Frontex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li fid-deċiżjoni DGSC/TO/PAD-2021-00350 tal-Frontex tas-7 ta’ Frar 2022, Frontex ma ddikjaratx b’mod adegwat ir-raġunijiet għar-rifjut tagħha li tikkomunika ċerti dokumenti li jappartjenu għal avveniment speċifiku li seħħ fil-baħar Mediterran fit-30 ta’ Lulju 2021, abbażi tal-eċċezzjoni ta’ sigurtà pubblika skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1 .

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni DGSC/TO/PAD 2021 00350 tas-7 ta’ Frar 2022 tikser l-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001 billi tirrifjuta li tagħti aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

____________

1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)