Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI – Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-501/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OCTASA – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PENTASA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S u Tillotts Pharma AG.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S.Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring.