Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/12) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Taxxa Irlandiża fuq il-passiġġieri bl-ajru – Rata mnaqqsa għad-destinazzjonijiet li jinsabu f’massimu ta’ 300 km mill-ajruport ta’ Dublin – Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tornda l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Natura selettiva – Identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna – Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tar-rikorrenti: Aer Lingus Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti : K. Bacon, D. Scannell, D. Bailey, barristers, u A. Burnside, solicitor)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC, u B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (ĠU 2013, L 119, p. 30).DispożittivL-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda, hija annullata, sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji, għal ammont li huwa ffissat għal tmien euro għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-imsemmija deċiżjoni.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Ryanair Ltd.Ryanair għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.Aer Lingus Ltd u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.