Language of document : ECLI:EU:T:2005:265

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (il-Ħames Awla)

tat-30 ta’ Ġunju 2005(*)

"Fond Soċjali Ewropew – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Subappaltar – Drittijiet akkwiżiti – Żmien raġonevoli"

Fil-kawża T-347/03

Eugénio Branco, Lda, stabbilita f’Lisbona (il-Portugall), rappreżentata minn B. Belchior, Avukat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, inizjalment rappreżentata minn A. Alves Vieira u A. Weimar, wara minn P. Andrade u Weimar, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 3455, tat-23 ta’ Ottubru 2002, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew, li hija s-suġġett tal-fajl nru 870302 P3,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (il-Ħames Awla),

komposta minn M. Vilaras, President, F. Dehousse u D. Šváby, Imħallfin,

Reġistratur: H. Jung,

wara li rat ir-rapport u wara s-seduta tat-18 ta’ Jannar 2005,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-kuntest ġuridiku

1       L-Artikolu 123 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 146 KE) stabbilixxa l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex itejjeb il-possibilitajiet ta’ impjieg tal-ħaddiema fis-suq intern u sabiex jikkontribwixxi wkoll sabiex jogħla l-livell tal-kwalità tal-ħajja, b’mod partikolari permezz tat-taħriġ professjonali. L-Artikolu 124(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 147(1) KE) jinkariga l-Kummissjoni għal-amministrazzjoni tagħha.

2       Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 5(1) u (2), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/516/KEE tas-17 ta’ Ottubru 1983, fuq l-impenji tal-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 289, p. 38), l-għajnuna mill-Fond għandha tingħata bir-rata ta’ 50% ta’ l-ispiża eliġibbli mingħajr, iżda, ma teċċedi l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-awtoritajiet pubbliċi ta’ l-Istati Membri kkonċernati.

3       Għad dħul fis-seħħ ta’ dak id-deċiżjoni, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2950/83 tas-17 ta’ Ottubru 1983 dwar l-implementazzjoni ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 83/516 (ĠU L 289, p. 1).

4       Il-Kunsill, imbagħad adotta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 dwar ix-xogħolijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom bejniethom u ma’ l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji oħrajn li jeżistu (ĠU L 185, p. 9). Sabiex jiġi applikat dak ir-Regolament, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4255/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 rigward il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 374, p. 21). Huwa adotta wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, min-naħa waħda, bejniethom u ma’ l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).

5       L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 4255/88 ħassar ir-Regolament Nru 2950/83, "soġġett għall-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2052/88 u ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 4253/88". Kif previst minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, l-applikazzjonijiet ta’ intervent ippreżentati taħt sistema ta’ regolamentazzjoni preċedenti jiġu eżaminati u approvati fuq il-bażi ta’ dik ir-regolamentazzjoni.

6       Ir-Regolament Nru 4255/88 ġie hu stess imħassar mil-Artikolu 11 tar- Regolament (KE) Nru 1784/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999, dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 213, p. 5), li fl-Artikolu 9 jirreferi għad-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, p. 1). Din l-aħħar dispożizzjoni tipprovdi b’mod partikolari li "Dan ir-Regolament ma jafettwax it-tkomplija jew il-modifika, inkluż il-kanċellament totali jew parzjali, ta’ l-għajnuna approvata mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fuq il-bażi [...] jew xi leġiżlazzjoni oħra li kienet tapplika għal dik l-għajnuna fil-31 ta’ Diċembru 1999".

7       Jirriżulta mill-effett kombinat ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li r-Regolament Nru 2950/83 kompla japplika għal għajnuna in kwistjoni u li d-deċiżjoni kkontestata kellha, b’mod partikolari, tkun konformi miegħu.

8       L-ewwel Artikolu tar-Regolament Nru 2950/83 jelenka l-ispejjeż li jistgħu ikunu s-suġġett ta’ għajnuna tal-FSE.

9       L-approvazzjoni mogħtija mill-FSE ta’ applikazzjoni għall-finanzjament skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 2950/83, għandha tiġi ssegwita mill-ħlas bil-quddiem ta’ 50 % ta’ l-għajnuna fid-data prevista għal bidu ta’ l-azzjoni tal-formazzjoni. Skond l-Artikolu 5(4), tar-Regolament Nru 2950/83, it-talbiet ta’ ħlas tal-bilanċ għandhom ikollhom rapport detaljat dwar il-kontenut, ir-riżultati u l-aspetti finanzjarji ta’ l-azzjoni kkonċernata. L-Istat membru jiċċertifika l-preċiżjoni fattwali u tal-kontijiet [accounts] ta’ l-indikazzjonijiet fit-talbiet ta’ ħlas.

10     Skond l-Artikolu 6(1), tar-Regolament Nru 2950/83, meta l-għajnuna tal-FSE mhijiex użata skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tissospendi, tnaqqas jew tneħħi l-għajnuna, wara li tkun tat lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu jipprovdi li l-ammonti imħallsa li mhumiex użati skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jagħtu lok għal rifużjoni.

11     Konformement ma’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2950/83, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jivverifikaw l-użu ta’ l-għajnuna mogħtija.

12     Fl-aħħar nett, l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/673/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1983, dwar it-tmexxija tal-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 377, p. 1), jeżiġi li Stat Membru li jkun qed jinvestiga l-użu ta’ għajnuna li tkun ingħatat, minħabba suspett ta’ irregolaritajiet, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bih bla telf ta’ żmien.

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

13     Ir-rikkorrenti ppreżentat żewġ applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja ta’ 11 736 792 escudos portugais (PTE) (fajl Nru 870302 P3) u ta’ 82 700 897 PTE (fajl Nru 870301 P1) għal programmi ta’ taħriġ destinati għal adulti u għal żgħażagħ.

14     Ir-rikors jitratta d-deċiżjoni finali meħuda fuq l-ewwel wieħed minn dawn il-fajls.

15     Permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 1987, il-konvenuta aċċettat l-ewwel applikazzjoni ta’ 5 809 712 PTE.

16     Fl-24 ta’ Lulju 1987, ir-rikkorrenti rċeviet, b’titolu ta’ FSE, ammont imħallas bil-quddiem ta’ 2 904 856 PTE, b’riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 (1) tar-Regolament Nru 2950/83.

17     Sa mix-xahar ta’ Lulju 1988, jiġifieri fit-tmiem tat-taħriġ li seħħ mil-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 1987, ir-rikorrenti ppreżentat, quddiem id-Departamento para os Assuntos do Fundo Social Europeu (dipartiment għal affarijiet tal-FSE, iktar ’il quddiem “DAFSE”), talba għal ħlas ta’ l-għajnuna.

18     Wara li ġiet ikkonstatata l-preċiżjoni fattwali u matematika [tal-kontijiet] ta’ l-indikazzjonijiet kontenuti f’dik l-talba, fis-17 ta’ Ottubru 1988, skond l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 2950/83, id-DAFSE ippreżentat lill-Kummissjoni talba għal ħlas.

19     Fit-22 ta’ Awwissu 1988, iżda, id-DAFSE talbet lill-Inspecçao Geral de Finanças (Inspettorat Ġenerali tat-Taxxi, iktar ’il quddiem “IGF”) sabiex bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2950/83, twettaq verifika tat-talba tal-ħlas tal-bilanċ.

20     L-IGF ikkonkluda fil-5 ta’ Mejju 1989 li kienu jeżistu irregolaritajiet. Daw kienu jitrattaw, min-naħa waħda, is-subappaltar mir-rikorrenti lill-“EB – Contabilidade e Estudos Económicos Lda” iktar ’il quddiem “EB Lda”, u min-naħa l-oħra, somom għal ħlas [write off] ta’ beni immobbli kif ukoll għal dħul mil-leasing.

21     Id-DAFSE infurmat lill-Konvenuta li hi (DAFSE) kienet issospendiet il-ħlas tal-bilanċ, kif previst mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 83/673.

22     Fis-16 ta’ Mejju 1989, l-IGF ippreżenta r-rapport tiegħu lill-pulizija ġudizzjarja għall-fini ta’ informazzjoni.

23     Fit-30 ta’ Lulju 1990, id-DAFSE infurmat lill-Kummissjoni li wara twettieq tal-kontrolli mill-IGF, hija kkunsidrat li ċerti spejjeż ma kienux eleġibbli. Min-naħa waħda, il-kritika kienet titratta l-ispiza marbuta mas-subappaltar favur EB Lda u min-naħa l-oħra l-ispiża marbuta mal-leasing.

24     Permezz ta’ ittri bid-dati ta’ l-istess ġurnata, id-DAFSE ordnat lir-rikorrenti sabiex tħallas lura f’terminu ta’ għaxar jiem is-somom mogħtija bil-quddiem imħallsa mill-FSE u mir-Repubblika Portugiża bħala kontribuzzjoni nazzjonali.

25     Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 1994, ir-rikorrenti talbet lill-konvenuta r-raġuni għalfejn hija ma kenietx għada ħadet id-deċiżjoni finali dwar il-każijiet tagħha.

26     Il-konvenuta rrispondiet permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Ġunju 1994, fejn qalet li l-awtoritajiet Portugiżi kienu avżawha li l-fajls in kwistjoni kienu s-suġġett ta’ inkjesta, kif previst mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 83/673, abbażi ta’ preżunzjoni ta’ irregolarità.

27     Ir-rikorrenti applikat għall-annulament ta’ deċiżjoni allegatament meħuda mill-konvenuta, li min-naħa waħda, kienet tipprovdi ċaħda għat-talba tal-ħlas tal-bilanċ ta’ għajnuna finanzjarja konċessa mill-FSE u, min-naħa l-oħra, kienet tipprovdi t-tnaqqis ta’ dik l-għajnuna finanzjarja u l-irkupru tal-ħlasijiet bil-quddiem mill-FSE u mir-Repubblika Portugiża.

28     Dak ir-rikors ġie ddikjarat inammissibbli permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Lulju 1996, Branco vs il-Kummissjoni (T‑271/94, Ġabra. p. II‑749), fuq il-bażi li l-Kummissjoni ma kenitx iddeċidiet dwar it-talba għall-ħlas tal-bilanċ.

29     Fil-25 ta’ Ottubru 1996, il-konvenuta ġiet infurmata dwar il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni quddiem it-Tribunal de Instrução Criminal da Comarca de Porto (Il-Qorti ta’ Istruzzjoni Kriminali tad-Diviżjoni ta’ Porto) għal ġbir frauwdolenti tas-sussidji u l-miżappropriazzjoni tagħhom, in konnessjoni ma’ l-azzjoni ta’ taħriġ finanzjat mill-FSE.

30     Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Frar 1997, li waslet għand il-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 1997, ir-rikorrenti poġġiet lill-konvenuta fil-mora sabiex tieħu d-deċiżjoni dwar it-talba tal-ħlas tal-bilanċ.

31     Fis-17 ta’ April 1997, il-konvenuta bgħatet lill-DAFSE abbozz tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ l-għajnuna.

32     Ir-rikorrenti rċeviet kopja fil-5 ta’ Mejju 1997 u kkomunikat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ żewġ ittri datati d-19 u l-21 ta’ Mejju 1997.

33     Ir-rikorrenti ppreżentat rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Din il-kawża ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza taħt in-numru T‑194/97.

34     Fis-17 ta’ Frar 1998, il-Kummissjoni ħadet id-Deċiżjoni li tissospendi l-għajnuna finanzjarja in kwistjoni.

35     Fis-26 ta’ Mejju 1998, ir-rikorrenti ppreżentat rikors ta’ annullament kontra dik id-deċiżjoni ta’ sospensjoni. Dik il-kawża ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza taħt in-numru T‑83/98.

36     Permezz ta’ sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni (T‑194/97 u T‑83/98, Ġabra p. II‑69), il-Qorti tal-Prim’Istanza għaqdet iż-żewġ rikorsi. Hija ddeċidiet li r-rikorsi kienu inammissibbli minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u ċaħdet ir-rikors ta’ annullament fuq bażi sostantiva.

37     Fl-4 ta’ Mejju 2000, it-Tribunal da relaçáo (Qorti ta’ Appell) de Lisbonne ddikjara li l-proċedimenti kriminali mibdija kontra r-rikorrenti kienu preskritti.

38     Il-konvenuta ġiet infurmata dwar dan permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Lulju 2001. Wara dik id-deċiżjoni, id-DAFSE xorta avżat lill-konvenuta li ma kienx hemm lok li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ l-irregolaritajiet fil-ġbir ta’ l-għajnuna in kwistjoni. Hija xorta stiednet lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni finali li tawtorizza l-ħlas tal-bilanċ.

39     Fit-8 ta’ Jannar 2002, il-Kummissjoni ttrasmettiet lill-DAFSE abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ l-għajnuna finanzjarja fil-fajl in kwistjoni. Huwa ppropona li jifissa l-ammont finali ta’ l-għajnuna tal-FSE għal 1 368 910 PTE.

40     Fl-24 ta’ April 2002, id-DAFSE avżat lill-konvenuta li hi ma kellha l-ebda oġġezzjoni x’tagħmel kontra l-abbozz tad-Deċiżjoni, u żiedet li r-rikorrenti kienet irċeviet notifika ta’ l-abbozz tad-Deċiżjoni u li ma kenietx ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontenut tiegħu.

41     Madanakollu, ir-rikorrenti ppreżentat xi osservazzjonijiet li waslu għand id-DAFSE fis-7 ta’ Mejju 2002.

42     Fit-23 ta’ Ottubru 2002, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2002) 3455, li pprovdiet għat-tnaqqis ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna finanzjarja konċessa lir-rikorrenti. Il-Kummissjoni qalet hekk: "Mill-analiżi ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ irriżulta li, fir-rigward tat-total ta’ l-għajnuna ta’ 5 809 712 PTE inizjalment approvat għall-fajl 870302 P3, il-kumpanija [EB Lda] ma użatx l-ammont ta’ 2 012 647 PTE. Abbażi tar-rapport ta’ l-awditur ċitat fl-ittra [...] tat-30 ta’ Lulju 1990, l-għajnuna trid titnaqqas b’2 428 128 PTE. Għalhekk hija mnaqqsa minn dak it-total u fissata għal 1 368 910 PTE." Din titratta d-deċiżjoni kkontestata.

43     Din id-Deċiżjoni ġiet mibgħuta lill-awtoritajiet Portugiżi minn l-għada, l-24 ta’ Ottubru 2002, u inkarigathom jinfurmaw lir-rikorrenti.

44     Konsegwentement, ir-Repubblika Portugiża talbet lir-rikorrenti ħlas lura, b’titolu ta’ FSE, ta’ total ta’ 7 661, 27 EUR (1 535 946 PTE).

45     Ir-rikorrenti ġiet mgħarrfa bid-deċiżjoni kkontestata u bit-talba għall-ħlas lura msemmija fil-31 ta’ Lulju 2003.

 Il-Proċedura u t-talbiet tal-partijiet

46     Permezz ta’ rikors iddepożitat fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Ottubru 2003, ir-rikorrenti ppreżentat il-preżenti rikors.

47     Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Prim’Istanza (il-Ħames Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura kif previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, stiednet lill-partijiet sabiex jissottomettu ċerti dokumenti u saqsiethom xi mistoqsijiet bil-miktub. Il-partijiet taw ir-risposti tagħhom u ssottomettew id-dokumenti tagħhom fit-teminu impost.

48     Instemgħet id-difiża orali tal-partijiet kif ukoll ir-risposti tagħhom għal mistoqsijiet orali li ġew magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-seduta tat-18 ta’ Jannar 2005.

49     Ir-rikorrenti talbet li l-Qorti tal-Prim’Istanza għandha:

–       tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 3455, tat-23 ta’ Ottubru 2002, li pprovdiet għat-tnaqqis ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna finanzjarja ta’ l-FSE, li hija s-suġġett tal-fajl 870302 P3;

–       tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallas l-ispejjeż.

50     Il-konvenuta talbet li l-Qorti tal-Prim’Istanza għandha:

–       tiċħad ir-rikors;

–       tikkundanna lir-rikorrenti sabiex tħallas l-ispejjeż.

 Fuq l-ammissibbiltà

51     Jidher li d-deċiżjoni in kwistjoni ġiet ikkomunikata mill-Kummissjoni lill-DAFSE permezz ta’ ittra li infurmatu li, skond l-Artikolu 6(1), tar-Regolament nru 2950/83 l-għajnuna ta’ l-FSE tnaqqset għal ammont inferjuri għal dak l-ammont miftiehem oriġinarjament.

52     B’dan il-mod, id-deċiżjoni kkontestata, għalkemm indirizzata lir-Repubblika Portugiża, tikkonċerna individwalment u direttament lir-rikorrenti fis-sens ta’ l-Artikolu 230 (4) KE għaliex hija ċċaħħad lir-rikorrenti minn parti mill-għajnuna li oriġinarjament kienet ġiet konċessa lilha, mingħajr ma l-Istat Membru jiddisponi f’dan ir-rigward minn setgħa ta’ evalwazzjoni proprja (Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 1991, Interhotel vs il-Kummissjoni, C‑291/89, Ġabra p. I‑2257, punti 12 u 13, u ta’ l-4 ta’ Ġunju 1992, Infortec vs il-Kummissjoni, C‑157/90, Ġabra p. I‑3525, punti 16 u 17).

53     Min-naħa l-oħra, u mhux sabiex titqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbilità skond l-Artikolu 114(1), tar-Regoli ta’ Proċedura, il-konvenuta hija sorpriża li ddekorrew disa’ xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u mill-komunikazzjoni tagħha lir-rikorrenti. Hija sorpriża wkoll mill-fatt li din ta’ l-aħħar ma’ talbitx kjarifiki dwar l-istat ta’ l-iżvilupp tal-proċedura, filwaqt li hija kienet infurmata dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni mill-10 ta’ Marzu 2002. F’dan ir-rigward, il-konvenuta invokat id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 1997, INEF vs il-Kummissjoni (T‑151/95, Ġabra p. II‑1541, punt 47).

54     Il-Qorti tal-Prim’Istanza tfakkar, fl-ewwel lok, li l-parti li qeda tgħid li r-rikors ġie ppreżentat tard hija l-parti li trid tressaq il-provi tad-data li fiha seħħet il-ġrajja li minnha beda jidekorri t-terminu (Digriet tal-Qorti tal- Prim’Istanza tat-13 ta’ April 2000, GAL Penisola Sorrentina vs il-Kummissjoni, T‑263/97, Ġabra p. II‑2041, punt 47). Konsegwentement, sempliċi sorpriża min-naħa tal-konvenuta ma kenitx ser twassal lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tiddikjara li r-rikors kien inammissibbli. Minbarra dan, il-ħtija tad-dewmien ta’ l-awtoritajiet Portugiżi għan-notifikar tad-Deċiżjoni ikkontestata lir-rikorrenti ma setgħetx tiġi attribwita lir-rikorrenti.

55     Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Prim’Istanza effettivament iddeċidiet fid-digriet tagħha INEF vs il-Kummissjoni, punt 53 fuq (punt 45), li r-rikorrenti li għarrfet l-eżistenza ta’ att li jikkonċernaha, tkun qed tipperikola l-inammissabbiltà jekk hija ma titlobx it-test integrali fi żmien raġonevoli, sabiex issir taf il-kontenut preċiż tiegħu u l-motivi tiegħu. Madanakollu, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat, fid-digriet, li r-rikorrenti kienet irċeviet komunikazzjoni b’ittra li permezz tagħha ġiet indikata b’mod ċar il-pożizzjoni finali tal-Kummissjoni. Iżda, f’dan il-każ partikolari, ir-rikorrenti ma rċevietx tali ittra. Kien biss abbozz ta’ Deċiżjoni li ġie kkomunikata lilha, li fuqha hija ressqet l-osservazzjonijiet tagħha. F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-rikorrenti ma kenietx mistennija li tinforma ruħha dwar l-adozzjoni eventwali tad-deċiżjoni kkontestata.

56     Għalhekk, l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta fir-rigward ta’ l-ammissibbiltà tar-rikors ma ġewx ikkunsidrati.

 Fuq il-mertu

57     Ir-rikorrenti invokat erba’ raġunijiet. L-ewwel waħda hija bbażata fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2950/83 u tad-Deċiżjoni 83/516. It-tieni raġuni hija bbażata fuq il-ksur tad-drittijiet akkwiżiti. It-tielet raġuni hija bbażata fuq il-prinċipju tal-protezzjoni ta’ l-aspettattiva leġittima u tas-sigurtà ġuridika. Ir-raba’ raġuni hija bbażata fuq il-miżinterpretazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

58     L-ewwel żewġ raġunijiet huma marbutin mal-kritika sostantiva li jwasslu għar- raġunijiet li huma l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata. Jeħtieġ għalhekk li jiġu eżaminati flimkien.

A –  Fuq l-ewwel u t-tieni raġunijiet, ibbażati, min-naħa waħda fuq ksur tar-Regolament nru 2950/83 u tad-Deċiżjoni 83/516 u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tad-Drittijiet akkwiżiti

1.     L-Argumenti tal-partijiet

59     Ir-rikorrenti ssostni li l-att kkontestat jikser l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2950/83 u d-Deċiżjoni 83/516. Hija ssostni wkoll li d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna wassal għal drittijiet soġġettivi min-naħa tagħha u għalhekk għandha d-dritt li titlob il-ħlas.

60     Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti qalet li, peress li kienet ekonomizzat fuq l-ammont inizjalment approvat mill-Kummissjoni, hija ma tistgħax taċċetta tnaqqis supplementari ta’ l-għajnuna ta’ 2 965 124 PTE.

61     Fit-tieni lok, ir-rikorrenti osservat li d-deċiżjoni kkontestata tikkritika l-użu tagħha ta’ subappaltar għall-benefiċċju ta’ EB Lda. Hija qalet li hija rrikorriet għal servizzi speċjalizzati ta’ EB Lda fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ subappaltar, konness ma’ l-ingaġġ ta’ għalliema, ir-realiżazzjoni ta’ xogħol ta’ għajnuna teknika u pedagoġika u ta’ orjentazzjoni professjonali, kif ukoll xogħol ta’ tmexxija u tal-kontroll baġitarju. Iżda, is-subappaltar kien permess mir-Regolament Nru 2950/83 kif ukoll mid-deċiżjoni inizzjali ta’ ftehim. Barra minhekk, ir-rikors ta’ EB Lda kellu jkun imsemmi fit-talba għall-għajnuna. Minbarra dan ma jkunx eżatt li wieħed jgħid li EB Lda kien ta kont lir-rikorrenti servizzi "għal prezz straordinarjament ogħla", kif isosstni l-IGF fir-rapport tagħha tal-5 ta’ Mejju 1989. L-ispejjeż fatturati minn EB Lda tal-ħaddiema li jgħallmu kienu konformi ma’ l-ispejjeż aċċettati mill-ministeru tax-Xogħol Portugiż meta wieħed jikkunsidra l-livell ta’ studju tar-rekluti. Is-servizzi l-oħra tagħha, jiġifieri s-servizzi ta’ ippjanar, ta’ preparazzjoni tal-korsijiet, tal-ġestjoni baġitarja, ta’ l-orjentazzjoni professjonali kif ukoll ta’ l-għajnuna teknika u pedagoġika jikkorrispondu mal-prezzijiet tas-suq. Dawk l-ispejjez kollha kienu ġew esposti konformement mal-leġiżlazzjoni Portugiża u mar-regolamentazzjoni komunitarja; dawn kienu previsti fit-talba għall-għanjnuna u ma kienux qabżu l-ammonti approvati inizjalment. Dawk l-ispejjeż kienu wkoll ġustifikati permezz ta’ fatturi u provi oħra ta’ ħlas. Fl-aħħar nett, l-IGF ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-ispejjez tal-konsum ta’ l-ilma u ta’ l-elettriku, ta’ l-ispiża ta’ ċerti installazzjonijiet jew inkella ta’ spejjeż ta’ tmexxija li rriżultaw mill-użu ta’ kollaboraturi esterni. Iżda, l-ispejjeż kollha kienu ukoll sostnuti minn EB Lda.

62     Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tikkontesta l-korrezzjonijiet magħmula fi deprezzament ta’ l-assi u għall-ispiża ta’ leasing. Hija qalet ukoll li, fil-fajl ta’ applikazzjoni tagħha aċċettata mill-Kummissjoni, l-għan aħħari ta’ l-investimenti f’tagħmir kien meqjus biss li kien dak tat-taħriġ. Madanakollu hija kienet qassmet id-deprezzament lura bin-nifs fuq għaxar xhur, li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ preparazzjoni tal-kors u għat-taħriġ innifsu. Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni wkoll li qasmet il-valur ta’ l-proprjetà akkwistat permezz tal-leasing bin-numru ta’ snin li jidher fil-kuntratt tal-leasing. Dawk l-attivitajiet kienu ġew imwettqa konformement ma’ l-att tiegħu ta’ applikazzjoni għall-FSE kif ukoll mad-dispożizzjonijiet Portugiżi fis-seħħ f’dak iż-żmien. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-amministrazzjoni fiskali Portugiża aċċettat it-totalità tal-pagamenti tal-leasing relattivi ma’ kuntratt ta’ kiri, u għalhekk it-totalità tal-pagamenti oħra ta’ leasing kellhom ukoll jiġu aċċettati kollha kemm huma.

63     Bħala kontinwazzjoni għal dak li ntqal, fir-raba’ lok ir-rikorrenti ssostni li hemm iktar inkonsistenzi. Hija tgħid li r-remunerazzjonijiet ta’ l-għalliema għall-attività li seħħet fl-1987 kienet ġiet aċċettata "b’mod totalment arbitrarju u mħawwad in relazzjoni ma’ atti imwettqa minnha fl-1988". Minbarra dan, id-DAFSE kienet aċċettat bħala spejjeż eliġibbli l-premjums regolari ta’ rekluti u ċerti pagamenti marbuta mas-sena 1987, iżda mhux marbuta mas-sena 1988.

64     Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tgħid li fir-rikors tagħha hija naqqset milli semmi diversi spejjeż għall-ħlas tal-bilanċ ta’ l-għajnuna finanzjarja. Fir-rikors tagħha, hija titlob li dan jiġi kkunsidrat.

65     Il-konvenuta tikkontesta dawn l-argumenti u s-sosstni li r-raġunijiet mhumiex fondati.

2.     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

a)     Dwar il-ksur ta’ l-Artikolu 6(1), tar-Regolament nru 2950/83 u tad-Deċiżjoni 83/516

66     Ir-rikorrenti ssostni li hija ppruvat il-ksur ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament nru 2950/83 u tad-Deċiżjoni 83/516 fuq il-bażi ta’ numru ta’ argumenti li jeħtieġ li jiġu eżaminati suċċessivament.

 Argument ibbażati fuq l-ekonomizzar imwettaq

67     L-ewwel nett, ir-rikorrenti irreferiet għall-ekonomizzar li hija kienet wettqet, rigward għat-talba inizjali ta’ għajnuna.

68     Minkejja dan, iċ-ċirkustanza li biha ma wettqitx l-ispejjeż kollha previsti ma setgħux iwasslu lill-Kummissjoni sabiex taċċetta l-ħlasijiet in kwistjoni. Fil-fatt, il-ħlas tal-bilanċ ta’ għajnuna finanzjarja jiddependi fuq ir-realtà ta’ l-ispejjeż imwettqa għall-azzjoni ta’ taħriġ (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Jannar 2001, Frota Azul-Transportes e Turismo, C‑413/98, Ġabra p. I‑673, punt 27), fil-limiti previsti fid-deċiżjoni ta’ ftehim inizjali.

 Argument ibbażat fuq l-omissjoni ta’ ċerti spejjeż

69     Ir-rikorrenti tgħarraf ukoll li hija naqset milli ssemmi, fit-talba tagħha ta’ ħlas tal-bilanċ, ċertu numru ta’ spejjeż attwalment indikati.

70     Madankollu, ir-rikorrenti ppreċiżat fis-seduta li l-elementi in kwistjoni, elenkati fir-rikors tagħha, ma kienux bażi suffiċjenti għat-talba tagħha. Probabbilment, fil-kuntest ta’ rikors ta’ annullament magħmul fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 230 KE, trid tiġi osservata l-legalità ta’ l-att komunitarju kkonċernat fil-kuntest ta’ l-elementi li fil-fatt intbagħtu lill-Istituzzjoni fid-data li fiha dak l-att ġie adottat. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-ammonti fejn ir-rikorrenti ma talbietx il-ħlas qabel l-adozzjoni ta’ l-att ikkontestat.

 Argument ibbażat fuq żbalji li janulla r-raġunijiet tad-deċiżjoni kkontestata

71     Ir-rikorrenti kkunsidrat li l-ispejjeż ikkontestati konnessi mar-rikors għal subappaltar, għall-ħlas bin-nifs u għal leasing huma ġustifikati.

72     Jirriżulta mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament nru 2950/83 li l-Kummissjoni tista’ tnaqqas għajnuna tal-FSE meta din mhix użata skond il-kundizzjonjiet stabbiliti mid-deċiżjoni ta’ ftehim.

73     Iżda, il-Qorti tal-Prim’Istanza diġà ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni, punt 36 fuq (punt 74), li jirriżulta mid-Dikjarazzjoni ta’ aċċetazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftehim li r-rikorrenti ntrabtet speċifikament li tirrispetta d-dispożizzjonijiet nazzjonali u komunitarji applikabbli. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrilevat fil-punt 75 tas-sentenza ċitata li l-liġi Portugiża u l-liġi Komunitarja jisuġġettaw l-użu tal-fondi pubbliċi għall-bżjonnijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

74     Għalhekk il-Qorti tal-Prim’Istanza trid tivverifika jekk il-Kummissjoni applikatx dan il-kunċett b’mod aċċettabbli.

75     Minbarra dan, l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament nru 2950/83 setgħa jwassal lill-Kummissjoni sabiex tibda’ bl-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet fattwali u tal-kotba kumplessi, din għandha setgħa vasta ta’ evalwazzjoni. Konsegwentement, il-kontroll tal-Qorti tal-Prim’Istanza fuq din l-evalwazzjoni trid tillimita ruħha għall-verifika ta’ l-assenza ta’ żball apparenti, ta’ evalwazzjoni ta’ informazzjoni tal-kawża (Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 1998, Branco vs il-Kummissjoni, T‑142/97, Ġabra p. II‑3567, punt 67; Mediocurso vs il-Kummissjoni, T‑180/96 u T‑181/96, Ġabra p. II‑3477, punt 120; tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni, punt 36 supra, punt 76; ta’ l-14 ta’ Mejju 2002, Associação Comercial de Aveiro vs il-Kummissjoni, T‑80/00, Ġabra p. II‑2465, punt 51, u Associação Comercial de Aveiro vs il-Kummissjoni, T‑81/00, Ġabra p. II‑2509, punt 50). 

–       Fuq l-oġġezzjonjiet ibbażati fuq ir-rikors għas-subappaltar

76     Huwa kostanti li r-rikorrenti tat b’subappalt lill-EB Lda, l-attività ta’ taħriġ li għaliha hija kisbet l-għajnuna tal-FSE.

77     L-ebda dispożizzjoni tar-regolamentazzjoni relattiva għall-FSE jew tad-deċiżjoni ta’ ftehim ma tipprojbixxi l-użu ta’ subappaltar. Minkejja dan, tali miżura li biha wieħed jipproċedi ma kinitx isservi li żżid artifiċjalment l-ispejjeż ta’ ħidma ta’ taħriġ, bi ksur tal-ħtieġa ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 1998, Branco vs il-Kummissjoni, punt 75 supra, punti 77 u 78). Għalhekk l-użu ta’ subappaltar hija ġġustifikata minħabba l-fatt li s-subappaltar huwa mezz ta’ kif jitwettaq ċertu xogħol speċjalizzat identifikat b’mod ċar u rilevanti għall-attivitajiet abitwali tiegħu. Ir-rikorrenti ma tikkontestax dan u għall-kuntrarju, fl-accounts tagħha ikkwalifikat lil EB Lda bħala"impriża speċjalizzata".

78     Fil-fatt, l-IGF kkonstatat fir-rapport tagħha tal-5 ta’ Mejju 1989 li l-EB Lda kienet l-"akbar fornitur tas-servizzi" tar-rikorrenti, peress li l-fatturat tagħha telgħa għal 39 239 750 PTE għaż-żewġ forom ta’ taħriġ ta’ l-adulti u t-tfal.

79     L-IGF osservat ukoll li, fin-nuqqas ta’ struttura adattata, l-EB Lda kienet min-naħa tagħha, subappaltat xi servizzi konnessi mal-preparazzjoni tal-korsijiet kif ukoll it-taħriġ innifsu. Hija għarrfet partikolarment f’dan ir-rigward li preparazzjoni tal-korsijiet kien ġie subappaltat għal total ta’ 1 000 000 PTE lill-Cooperativa de Serviçio na Àréa Administrativa de Empresas, CRL (iktar ’il-quddiem il-"kooperattiva") u li, fost l-ammonti esposti għal taħriġ għal ammont ta’ 16 000 000 PTE, 7 500 000 minnhom kienu fatturati f’isem l-imsemmija kooperattiva.

80     Iżda l-IGF irrimarkat li t-tmexxija tal-kooperattiva kienet komposta minn tlieta mill-aktar kollaboraturi importanti tar-rikorrenti, li kellhom eżattament l-istess soċji bħall-kumpannija EB Lda.

81     Fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni dwar l-utilità ta’ l-intervent ta’ EB Lda, u in vista tal-akkumulazzjoni ta’ l-ispejjeż iġġenerati permezz ta’ l-intervent tat-tliet kumpanniji, l-IGF ipproponiet li ma tieħux in kunsiderazzjoni l-ispejjeż ġenerali permezz ta’ l-intervent ta’ EB Lda u li ma tieħu xejn in kunsiderazzjoni ħlief l-ammonti li fil-fatt intefqu fuq taħriġ.

82     F’din il-perspettiva, l-IGF eżaminat l-ispejjeż varji esposti. Hija naqqset l-ispejjeż konnessi mar-remunerazzjoni ta’ min iħarreġ sa fejn ir-rata applikabbli fis-siegħa hija għola mil-limiti stabbiliti minn sentenza Portugiża. Ir-rikkorenti għall-kuntrarju ssostni li l-ispiża tal-ħaddiema li jgħallmu hija kkalkulata konformement ma’ din is-sentenza, iżda hija ma tappoġġax din l-affermazzjoni.

83     Għal dak li jirrigwarda t-total iffatturat mill-kooperattiva lill-EB Lda għall-preparazzjoni tal-korsijiet, l-IGF qalet li l-uniku dokument ġustifikattiv ta’ dawn is-servizzi ma jippermettiex li jiġu stabbiliti konnessjonijiet ma’ l-azzjonijiet ta’ taħriġ koperti mill-għajnuna finanzjarja konċess lir-rikorrenti.

84     Minbarra dan, u kontrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-konvenuta ma injoratx it-teħid in konsiderazzjoni ta’ spejjeż oħra, bħall-eletriku, l-ilma, it-telefown, it-tisħin u l-materjal segretarjali. Fil-fatt ir- rapport ta’ l-IGF, li għalih tirreferi l-Kummissjoni jgħid ċarament li l-ispejjeż in kwistjoni ttieħdu in konsiderazzjoni fil-miżura fejn kien hemm konnessjoni diretta ma’ l-azzjoni in kwistjoni. Spejjeż oħra kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni in konnessjoni ma’ l-importanza relattiva ta’ l-attività sussidjata.

85     Wara li ġew ikkunsidrati l-elementi msemmija, l-IGF ma wettqietx żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat ekonomikament inspjegabbli l-intervent ta’ EB Lda u tal-kooperattiva. Fil-fatt, EB Lda partikolarment setgħet tgħaddi bħala struttura artifiċjali, li ma setgħetx f’ebda każ, tkun ikkunsidrata bħala verament "speċjalizzata" fix-xogħol li kien ġie mgħoti lilha mir-rikorrenti. Hija fil-fatt serviet biss ta’ intermedjarja, fejn irċevet biss f’din l-okkażjoni xi benefiċċju jew xi kummissjoni. Minbarra dan, in segwitu ta’ dan, l-IGF u l-Kummissjoni adottaw miżura li titratta l-għan mixtieq ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li ma taffetwax il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna lil hin minn dak li huwa neċessarju għal dak il-għan. Għalhekk, il-Kummissjoni warrbet biss l-ispejjeż li ma kienux marbuta ma’ l-azzjonijiet miftehma u li eċċedew l-ispejjeż effettivament iffaċċjati. Minbarra dan, hija ma rifjutatx ħlief l-ispejjeż ġenerali permezz ta’ ftehim uffiċjali tan-numru ta’ intervenjenti meħtieġa, il-gradi differenti li huma apparenti, fin-nuqqas ta’ l-ispjegazzjonijiet min-naħa tar-rikorrenti, mingħajr valur miżjud reali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni, ma kelliex l-intenzjoni li teskludi, minbarra ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, il-possibbiltà, għall-benefiċjarju ta’ għajnuna finanzjarja, li jirrikorri għal subappaltar. 

–       Fuq l-oġġezzjonijiet dwar il-ħlas bin-nifs u l-leasing

86     Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti torbot il-kwistjoni tal-ħlas bin-nifs mal-kwistjoni tal-leasing. Hija tikkontesta l-mod li skond hi, l-IGF u l-Kummissjoni ikunsidraw il-"ħlas bin-nifs" bħala spejjeż tal-kera.

87     L-IGF qalet, għal dak li jirrigwarda il-"kiri ta’ tagħmir" użat, li, għalkemm kien jitratta tagħmir fejn ir-rikorrenti kienet tagħmel użu tagħhom bis-saħħa ta’ leasing, l-ammonti dovuti mir-rikorrenti ma kienux jikkorrispondu mal-kera effettivament imħallsa lill-kumpanija li tikri, iżda għad-deprezzament ta’ l-oġġetti fuq il-bażi tar-rata ta’ 33,33 % fis-sena. L-IGF ikkunsidrat li dik ir-rata kienet eċċessiva u żammet ir-rata ta’ 20 %. Ir-rikorrenti tikkunsidra li hija rrispettat ir-regoli tal-kontabilità fis-seħħ f’dak iż-żmien fil-Portugall, iżda hi ma tagħtix iktar detallji f’dan ir-rigward u mas-saħħaħx l-argument tagħha.

88     Minbarra dan, l-IGF xorta kkoreġiet il-kotba tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-kontabbiltà doppja miktuba ta’ spejjez ta’ ċerti ammonti. Hija kkoreġiethom ukoll minħabba kitbiet preċedenti għad-data tal-bidu ta’ l-azzjonijiet, jiġifieri ix-xahar ta’ Ġunju 1987 u mhux ix-xahar ta’ April, b’mod li l-ispejjeż li jittieħdu in kunsiderazzjoni ma setgħux jaqgħu f’perjodu ta’ seba’ xhur u mhux ta’ disa’. Ir-rikorrenti sosstni f’dan ir-rigward li t-tagħmir in kwistjoni kien użat waqt il-preparazzjoni tat-taħriġ. Ir-rikorrenti ma żviluppatx il-proposta tagħha, li ma sostnietx aktar. 

–       Argument ibbażat fuq l-inkoerenzi tal-Kummissjoni

89     Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti trid turi l-inkoerenza tal-konvenuta. Hija sosstni li r-remunerazzjoni ta’ l-għalliema għall-attività fis-seħħ fl-1987 kienet ġiet aċċettata "b’mod totalment arbitrarju u mħawwad meta mqabbel ma’ ħidmiet oħra mwettqa mir-rikorrenti fl-1988". Dan l-argument mhux ammissibli minħaba n-nuqqas ta’ preċiżjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra mhuwiex sostnut. Hija ssostni wkoll li d-DAFSE aċċettat bħala spejjeż eliġibbli, għall-1987, primjums għad-diliġenza tar-rekluti u ta’ ħlasijiet bin-nifs, kuntrarjament għall-attitudni adottata fir-rigward ta’ ħidma mwettqa fl-1988. Iżda għal darb’oħra, dan l-argument mhux sostnut u r-rikorrenti ma ppreċiżatx dwar liema ħlas bin-nifs qed tirreferi.

 It-talba in kwantu għall-ksur tar-Regolament nru 2950/83

90     B’mod ġenerali, ir-rikorrenti ma’ sostnietx il-kritika tagħha permezz ta’ elementi ta’ prova preċiżi, sabiex terġa tpoġġi in kwistjoni l-valutazzjoni tal-fatti meqjusa mill-bidu tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, l-imsemmija kritika hija ċarament mhux suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni (Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 1996, AIUFASS u AKT vs il-Kummissjoni, T‑380/94, Ġabra p. II‑2169, punt 59) u tikkondividi l-opinjoni ta’ l-IGF, li skond din it-taħriġ in kwistjoni ma kienx irrispetta l-ħtiġijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, inerenti għall-kundizzjonijiet inizzjali ta’ ftehim.

91     Isegwi li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2950/83.

b)     Dwar il-ksur tad-Drittijiet akkwiżiti

92     Jekk hu minnu li d-deċiżjoni ta’ ftehim konkluż fil-bidu ta’ għajnuna tal-FSE d-dritt li wieħed jeżiġi l-ħlas tagħha, ma jistax ikun ukoll fil-każ fejn l-għajnuna hija wżata fir-rigward ta’ kundizzjonijiet stabbiliti minn dik id-deċiżjoni (Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 1998, Branco vs il-Kummissjoni, punt 75 supra, punt 105, u tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni, punt 36 supra, punt 94).

93     Iżda, jirriżulta mill-punti 71 et seq supra li l-konvenuta ma wettqitx żball apparenti ta’ evalwazzjoni meta wieħed jikkunsidra li t-taħriġ mgħoti ma kienx iggarantit fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ ftehim inizjali.

94     Għalhekk ir-rikorrenti ma kellha l-ebda dritt għall-ħlas tal-bilanċ ta’ għajnuna in kwistjoni.

95     Għalhekk l-ewwel żewġ raġunijiet mhumiex fondati.

B –  Fuq it-tielet raġuni, ibbażata fuq il-ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni ta’ l-aspettattiva leġittima u tal-prinċipju tas-sigurtà ġuridika

96     Dan il-motiv għandu żewġ partijiet.

1.     Fuq l-ewwel parti (aspettattiva leġittima kkreata miċ-ċertifikazzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ kontabilità tat-talba għall-ħlas)

a)     L-argumenti tal-partijiet

97     Ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċertifikazzjoni minn DAFSE, fl-1988, dwar il-preċiżjoni fattwali u ta’ kontabbiltà ta’ l-informazzjoni fit-talba tal-ħlas tal-bilanċ kien ħoloq mill-bidu nett id-dritt li jiġi miksub il-ħlas ta’ l-għajnuna.

98     L-att ikkontestat jerġa jiftaħ għad-diskussjoni dik id-deċiżjoni, filwaqt li l-fatti baqgħu ma nbidlux. B’mod partikolari, il-Qrati Portugiżi kienu kklassifikaw l-azzjonijiet ġudizzjarji mressqa kontra r-rikorrenti, u b’hekk ġabu fit-tmiem il-preżunzjoni ta’ irregolaritajiet li kienu jaqgħu fuqha.

99     Minbarra dan, ir-rikorrenti tosserva li l-kompetenza sabiex twettaq ċertifikazzjoni fil-Portugall tappartjeni esklussivament lill-DAFSE.

100   Iċ-ċertifikazzjoni, li saret fl-1988, kienet ħolqot mill-bidu tagħha stennija leġittima ta’ ħlas, ma setgħetx terġa titqiegħed għad-diskussjoni mill-Kummissjoni li jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ ftehim inizjali ma ġewx irrispettati, u mhux minħabba raġunijiet oħra li kienu jikkontradixxi ulterjorment l-ispiża u l-ispejjeż ċertifikati.

101   Il-konvenuta rrifjutat dawn l-argumenti u ssostni li r-raġuni mhijiex fondata.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

102   Id-dritt li wieħed titlob il-protezzjoni ta’ l-aspettattiva leġittima tipresupponi li jseħħu flimkien tliet kundizzjonijiet. Fl-ewwel lok, garanziji preċiżi, inkundizzjonati u korroborati, li ġejjin minn sorsi awtorizzati u li wieħed jista’ joqgħod fuqhom. Iridu jkunu ġew mogħtija lill-parti interessata minn l-amministrazzjoni komunitarja. Fit-tieni lok, il-garanziji tagħha jridu jkunu ta’ natura li joħolqu stennija leġittima fir-rigward ta’ dak li lilu huma indirizzati. Fit-tielet lok, il-garanziji mogħtija kellhom ikunu konformi man-normi applikabbli (Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Lulju 1999, Forvass vs il-Kummissjoni, T‑203/97, ĠabraFP p. I‑A‑129 u II‑705, punt 70, u tas-7 ta’ Novembru 2002, G vs il-Kummissjoni, T‑199/01, ĠabraFP p. I‑A‑207 u II‑1085, punt 38).

103   F’dan il-każ, il-fatt li l-awtorità nazzjonali kienet inizjalment, iċċertifikat il-preċiżjoni fattwali u tal-kontijiet tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ ma setgħax joħloq aspetattiva leġittima f’moħħ il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna għal dak li jirrigwarda l-ħlas tal-bilanċ.

104   Fl-ewwel lok, jirriżulta mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjonu 83/516 li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu t-tmiem b’suċċess tal-ħidmiet iffinanzjati mill-FSE. Minbarra dan, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament nru 2950/83, il-Kummissjoni tista’ tipproċedi b’verifiki ta’ l-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ, "mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa minn l-Istati Membri". Dawn l-obbligi u setgħat ta’ l-Istati Membri mhumiex is-suġġett ta’ xi limitazzjoni fiż-żmien. Isegwi minn dan li ċ-ċertifikazzjoni fattwali u tal-kontijiet ta’ l-indikazzjonijiet kontenuti fl-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ għall-ħidma ta’ taħriġ skond l-Artikolu 5(4), it-tieni frażi tar-Regolament nru 2950/83 ma tipprojbixxix lill-Stat Membru milli jipproċedi b’ri-eżami wara t-talba għall-ħlas tal-bilanċ (Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 1999, Branco vs il-Kummissjoni, C‑453/98 P, Ġabra p. I‑8037, punt 77, u s-sentenza Frota Azul-Transportes e Turismo, punt 68 supra, punt 62). Minbarra dan, xejn ma jwaqqaf lill-DAFSE milli tagħmel użu minn organizzazzjonijiet speċjalizzati fl-awditjar tal-kotba u fil-finanzi, bħalma hi l-IGF (Digriet Branco vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 78, u s-sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni, punt 36 supra, punt 68).

105   Fit-tieni lok, l-Artikolu 6(1), tar-Regolament Nru 2950/83 jirriserva favur il-Kummissjoni l-kompetenza li tieħu d-deċiżjoni finali dwar it-talba tal-ħlas tal-bilanċ. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta biċ-ċertifikazzjoni li d-DAFSE kienet tat. Għalhekk dan ma jistgħax jidher bħala garanzija għal dak li jirrigwarda l-ħlas tal-bilanċ li ġej minn korp li għandu l-awtorità neċessarja f’dan ir-rigward.

106   Fit-tielet lok, kif previst fid-dispożizzjoni ċċitata, id-deċiżjoni finali fir-rigward tal-benefiċjarju tibqa’ suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbilità għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja (Digriet Branco vs il-Kummissjoni, punt 104 supra, punti 87 sa 89). Iżda, l-eżami ta’ l-ewwel żewġ raġunijiet wera li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball ċar ta’ evalwazzjoni meta hija kkunsidrat li r-rikorrenti ma kinitx irrispettat il-ħtiġijiet ta’ tmexxija finanzjarja tajba inklużi fil-kundizzjonijiet li għalihom l-għajnuna in kwistjoni kienet suġġetta għalihom.

107   Fir-raba’ lok, il-mod kif żvolġiet il-proċedura ma setgħax iwassal lir-rikorrenti sabiex ikollha aspettattiva leġittima. Fil-fatt permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Lulju 1990, id-DAFSE avżatha sabiex tirrifondi l-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-FSE u mir-Repubblika Portugiża. Hija mbagħad ġiet avżata dwar l-eżistenza ta’ suspett ta’ irregolarità skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 83/673, kif ukoll tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ investigazzjoni quddiem it-Tribunal de Instrução Criminal da Comarca de Porto għall-frodi fil-ġbir ta’ sussidji u l-użu differenti tagħhom in konessjoni ma’ l-attività ta’ taħriġ iffinanzjat mill-FSE. Hija reġgħet irċeviet komunikat ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ għajnuna finanzjarja in kwistjoni, u ppreżentat kontriha rikors ta’ annullament li ġie rrifjutat. Fl-aħħar nett, wara l-klassifikazzjoni tal-proċedimenti minħabba preskrizzjoni, hija rċeviet bħala osservazzjonijiet, abbozz ta’ deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja.

108   Iċ-ċirkustanza li l-proċedimenti kriminali mressqa kontra r-rikorrenti ġew abbandunati ma tistgħax tkun il-bażi ta’ aspettattiva leġittima fil-ħlas ta’ l-għajnuna. Fil-fatt, jirriżulta mill-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 2950/83 li d-dritt komunitarju ma jagħtix bixra kriminali lill-atti ta’ użu ħażin ta’ għajnuna tal-FSE (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 1999, Nunes et de Matos, C‑186/98, Ġabra p. I‑4883, punti 7 u 8). Għalhekk, jekk il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jimponi obbligu fuq l-istituzzjoni komunitarja sabiex tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-fatti, dan jiġġustifika lill-Kummissjoni tipposponi milli tippronunzja ruħha meta qorti nazzjonali tkun qiegħda f’punt partikolari li tippronunzja ruħha dwar ir-realtà tal-fatti f’każ ta’ frodi. Dan ma jikkostitwixxix ostaklu sakemm il-Kummissjoni twettaq l-eżami ta’ tnaqqis eventwali ta’ l-intervent tiegħu, fuq il-bażi ta’ l-investigazzjon amministrattiva ta’ l-IGF, wara l-klassifikazzjoni ta’ prosekuzzjoni abbażi tal-preskrizzjoni.

109   Għalhekk l-ewwel parti tat-tielet raġuni mhijiex fondata.

2.     Fuq it-tieni parti (nuqqas ta’ sigurtà ġuridika waqt dewmien irraġonevoli u ksur ta’ l-aspettattiva leġittima)

a)     L-Argumenti tal-partijiet

110   Ir-rikorrenti ssostni li l-prinċipji tal-protezzjoni ta’ l-aspettattiva leġittima u tas-sigurtà ġuridika inkisru fil-miżura fejn, anki jekk il-Kummissjoni mhux marbuta b’terminu partikolari, hija xorta trid tiegħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien raġonevoli.

111   Id-dewmien ta’ ħmistax il-sena wara l-adozzjoni ta’ l-att ikkontestat, iżda huwa eċċessiv. Ir-rikorrenti tikkunsidra b’mod partikolari, li l-irtirar tal-prosekuzzjoni kontra tagħha neħħiet kull raġuni sabiex it-talba tagħha għall-ħlas ma tiġiex approvata.

112   Hija tgħid ukoll li, fil-waqt li dan id-dewmien kien għaddej, kienet qed tinbed fiha l-aspettattiva leġittima li l-Kummissjoni kienet ser tieħu deċiżjoni konformi maċ-ċertifikazzjoni ta’ DAFSE li fl-1988 aċċettat it-talba għall-ħlas tal-bilanċ.

113   Il-konvenuta tikkontesta dawn l-argumenti u s-sosstni li r-raġuni mhijiex fondata.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

 Fuq il-karattru raġonevoli jew le tad-dewmien in kwistjoni u dwar is-sigurtà ġuridika

114   Skond ġurisprudenza kostanti, il-karattru raġonevoli tat-tul ta’ proċedura amministrattiva jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ u b’mod partikolari, tal-kuntest li fiha taqa’, ta’ l-istadji proċedurali differenti li ġew segwiti, tal-kumplessità tal-każ kif ukoll tal-kwistjonijiet tal-partijiet differenti interessati (Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Marzu 1997, Oliveira vs il-Kummissjoni, T‑73/95, Ġabra p. II‑381, punt 4; tat-22 ta’ Ottubru 1997, SCK et FNK vs il-Kummissjoni, T‑213/95 u T‑18/96, Ġabra p. II‑1739, punt 57; tal-15 ta’ Settembru 1998, Mediocurso vs il-Kummissjoni, T‑180/96 u T‑181/96, Ġabra p. II‑3477, punt 61, u tas-16 ta’ Settembru 1999, Partex vs il-Kummissjoni, T‑182/96, Ġabra p. II‑2673, punt 177).

115   Huwa f’dan il-kuntest li jeħtieġ li jiġi evalwat il-karattru raġonevoli tad-dewmien li beda mill-introduzzjoni tar-rikorrenti, f’Lulju 1988, tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ u l-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata fit-23 ta’ Ottubru 2002.

116   Iżda, bejn ix-xaħar ta’ Lulju 1988 u x-xaħar ta’ Mejju 1989, id-DAFSE vverifikat il-kontijiet tar-rikorrenti u bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament nru 2950/83, l-IGF beda kontroll finanzjarju detaljat bil-għan li jistabbilixxi r-realtà fattwali u tal-kontijiet ta’ l-ispejjez imwettqa minn EB Lda.

117   Wara li kkunsidraw l-eżistenza ta’ evidenza ta’ irregolaritajiet, id-DAFSE u l-Kummissjoni t-tnejn stennew lill-Qorti Portugiża tiddeċiedi dawn il-proċedimenti kriminali mressqa kontra r-rikorrenti. Fis-sentenza tagħha tas-27 ta’ Jannar 2000, Branco vs il-Kummissjoni, punt 36 supra (punt 51), il-Qorti qalet li, "peress li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha dubji serji dwar ir-regolarità ta’ l-użu ta’ l-għajnuna wara r-rapport ta’ l-IGF, min-naħa waħda, u li proċedura mressqa kontra l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u li kienu jitrattaw ċerti ħidmiet imwettqa fil-kuntest tal-proġetti finanzjati kienu pendenti quddiem qorti kriminali Portugiża fiż-żmien tat-tpoġġija fil-mora tal-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, din ta’ l-aħħar ma kinitx marbuta li tieħu deċiżjoni finali fir-rigward tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ".

118   B’hekk, huwa biss sa mill-mument fejn il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-awtoritajiet Portugiżi dwar l-irtirar tal-proċedimenti, f’Lulju 2001, li kellha ċ-ċertezza li l-proċess ma kienx ser jevolvi fuq livell kriminali. Għalhekk, kellu jerġa jitwettaq eżami fuq livell amministrattiv, b’iktar attenzjoni u prudenza milli qatt kien ingħata f’xi sentenza li ddeċidiet dwar il-prattiċi tar-rikorrenti, u li wara l-appell l-azzjoni pubblika kienet ġiet estinta biss minħabba l-preskrizzjoni.

119   Sa minn dik id-data, il-Kummissjoni ppreparat abbozz ta’ deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ l-għajnuna finanzjarja, ibbażat fuq is-sejbiet tar-rapport ta’ l-IGF, bil-prudenza meħtieġa fil-kuntest deskritt fil-punt preċedenti. Wara dan fit-8 ta’ Jannar 2002 konformement ma’ l-Artikolu 6(1), tar-Regolament Nru 2950/83, il-Kummissjoni kkomunikat l-abbozz tagħha għall-osservazzjonijiet lill-Awtoritajiet Portugiżi. Il-proċedura ssospendiet iż-żmien li fih l-Istat Membru informa lir-rikorrenti dwar dan il-proġett, sabiex xorta waħda jifformula r-rimarki tiegħu. Ir-rikorrenti ma ppreżentatx l-osservazzjonijiet tagħha fit-terminu li ġie impost fuqha. Fl-24 ta’ April 2002, id-DAFSE għarrfet lill-konvenuta li min-naħa tagħha ma kellha l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tad-deċiżjoni. Konsegwentement, is-servizzi tal-Kummissjoni, jiġifieri d-Direttorat Ġenerali tal-Baġit, is-Servizz Ġuridiku u d-Direttorat Ġenerali tal-Kontroll Finanzjarju qablu dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni. Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fit-23 ta’ Ottubru 2002.

120   Jirriżulta minn kif żvolġew l-affarijiet, mid-detallji tal-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, nazzjonali u komunitarji, kif ukoll mill-impossibbiltà li fiha l-Kummissjoni definittivament sabet ruħha li tibbaża fuq kawża kriminali, li kull stadju proċedurali li ppreċeda l-adozzjoni ta’ l-att twettaq fi żmien raġonevoli.

121   Madanakollu, ir-rikorrenti ssostni li t-terminu sa meta riedet tiġi kkunsidrata n-notifika tad-deċiżjoni kkontestata mill-awtoritajiet nazzjonali kienet il-31 ta’ Lulju 2003.

122   Fiċ-ċikustanzi partikolari, irid jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata f’termini utili mill-Kummissjoni lid-destinatarja tagħha, ir-Repubblika Portugiża, b’obbligu fuqha li tinforma lir-rikorrenti. Ċertament, ir-Repubblika Portugiża damet biex tiġi nnotifikata dwar l-imsemmija deċiżjoni, iżda dan ma jistgħax jiġi attribwit lill-Kummissjoni. Iżda, id-dewmien biss attribwibbli lil dan ta’ l-aħħar jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ inosservanza ta’ żmien raġonevoli. Konsegwentement, l-allegat nuqqas ta’ sigurtà ġuridika li r-rikorrenti tatribwixxi għal dan id-dewmien ma jistgħax iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

 Fuq l-aspettattiva leġittima iġġenerata mid-dewmien kkawżat mill-Kummissjoni fit-teħid ta’ deċiżjoni

123   Ir-rikorrenti ssostni li d-dewmien irraġonevoli li sar mill-Kummissjoni sabiex tiddeċidi dwar it-talba tagħha għall-ħlas tal-bilanċ ta’ għajnuna kien wassal sabiex ikollha aspettattiva leġittima fir-rigward tal-ħlas tal-bilanċ.

124   Madanakollu, wara li ġew ikkunsidrati l-osservazzjonijiet esposti fil-punti 120 u 122 iktar ’il fuq, dan l-argument huwa bbażat fuq premesssa żbaljata u trid tiġi miċħuda. Minbarra dan, l-aspettattiva leġittima tippresupponi partikolarment li l-garanziji speċifiċi, inkundizzjonali u miftehma, jirriżultaw minn sorsi awtorizzati u li wieħed jista’ joqgħod fuqhom, u li kienu ġew ipprovduti lill-parti interessata mill-amministrazzjoni komunitarja. Iżda, kif diġà ntwera (ara punti 102 sa 109 iktar ’il fuq), dan ma kienx hekk f’dan il-każ partikolari.

125   Minbarra dan, l-eżami ta’ l-ewwel parti r-raġuni wera li ċ-ċertifikazzjoni mgħotija inizjalment mid-DAFSE u wara l-proċedura ma setgħetx iġġib aspettattiva leġittima f’dan il-ħlas.

126   F’dawn iċ-ċirkostanzi, it-tielet raġuni trid tiġi miċħuda fiż-żewġ partijiet tagħha.

C –  Fuq ir-raba’ raġuni, ibbażata fuq il-ksur tal-prinċipju tal- proporzjonalità

1.     L-argumenti tal-partijiet

127   Skond ir-rikorrenti, il-konvenuta kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma rispettatx l-obbligu tagħha li tħallas lura, in eżekuzzjoni tad-deċiżjoni inizjali ta’ ftehim, l-ispejjeż sostnuti legalment fil-kuntest ta’ l-azzjoni tat-taħriġ.

128   Il-konvenuta tikkontestaha.

2.     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

129   F’dan il-każ, it-tnaqqis mħaddna mill-Kummissjoni huma marbuta direttament ma’ l-irregolaritajiet li l-awtoritajiet Portugiżi kienu jiffurmaw parti minnhom u li kellhom l-għan li jeskludu biss il-ħlas lura ta’ l-ispejjeż illegali jew inutli.

130   Għalhekk dawn it-tnaqqis huma konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

131   Għalhekk ir-raba’ raġuni trid tiġi miċħuda.

132   Konsegwentement, ir-rikors kollhu jrid jiġi miċħud.

 Fuq l-ispejjeż

133   Skond l-Artikolu 87(2), tar-Regoli ta’ Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet il-kawża, hija għandha tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż, konformement mat-talbiet tal-konvenuta.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (il-Ħames Awla)

taqta’ u tiddeċiedi :

1)      Ir-rikors huwa miċħud.

2)      Ir-rikorrenti hija kkundannata tħallas l-ispejjeż.

Vilaras

Dehousse

Šváby

Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fit-30 ta' Ġunju 2005.

Reġistratur

 

il-President

H. Jung

 

M. Vilaras


* Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.