Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta' Jannar 2011 - Société Air France S.A. vs Heinz-Gerke Folkerts u Luz-Tereza Folkerts

(Kawża C-11/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société Air France S.A.

Konvenuti: Heinz-Gerke Folkerts, Luz-Tereza Folkerts

Domandi preliminari

Passaġġier ta' titjira għandu d-dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1, f'każ ta' dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-regolament, iżda ta' wasla fid-destinazzjoni finali b'dewmien ta' għall-inqas tliet sigħat iktar mill-ħin tal-wasla skedat?

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm dewmien, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 261/2004, f'każ ta' titjira li tinvolvi diversi waqfiet, għandu jsir riferiment għall-waqfiet individwali jew għad-distanza sad-destinazzjoni finali?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.