Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2023 – TB vs ENISA

(Kawża T-322/21) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Riorganizzazzjoni tal-ENISA – Deċiżjoni impliċita li ma jiġux identifikati pożizzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni bħala li x’aktarx ikunu mimlija permezz ta’ mobbiltà interna – Riżenja tar-rikorrent – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (rappreżentanti: I. Taurina, G. Pappa u C. Chalanouli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) li ma tidentifikax il-pożizzjonijiet ta’ Kap tad-Diviżjoni “Uffiċċju tal-Politika” u ta’ Kap tad-Diviżjoni “Finanzi u għall-Kuntratti Pubbliċi” bħala li x’aktarx ikunu mimlija permezz ta’ mobbiltà interna, li kienet żvelata, l-ewwel nett, fis-sustanza, miż-żewġ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti tal-5 ta’ Awwissu 2020 ippubblikati fuq is-sit internet tal-ENISA għall-pożizzjonijiet ta’ Kap ta’ Diviżjoni “Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv” (ENISA-TA70-AD-2020-04) u Kap ta’ Diviżjoni “Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi” (ENISA-TA71-AD-2020-05) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-“avviżi ta’ pożizzjoni vakanti tal-5 ta’ Awwissu 2020”) u, it-tieni nett, permezz ta’ Avviż Amministrattiv Nru 2020-11 tal-1 ta’ Settembru 2020 li jippreżenta l-konklużjonijiet tad-djalogi għall-mobbiltà interna (iktar ’il quddiem l-“Avviż Amministrattiv Nru 2020-11”). Ir-rikorrenti titlob ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament, minn naħa, tal-avviżi ta’ pożizzjoni vakanti tal-5 ta’ Awwissu 2020 u tal-Avviż Amministrattiv Nru 2020-11 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat- ta’ Marzu 2021 li tiċħad l-ilment tagħha tal-4 ta’ Novembru 2020 dirett kontra d-deċiżjoni impliċita, l-avviżi ta’ pożizzjoni vakanti tal-5 ta’ Awwissu 2020 u l-Avviż Amministrattiv Nru 2020-11.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 329, 16.8.2021.