Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Jannar 2013 - Laboratoires Polive vs UASI - Arbora & Ausonia (DODIE)

(Kawża T-77/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell li annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni,

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "DODIE", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 665 104

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali figurattivi u trade marks verbali li jinkludu l-element verbali "DODIS", "DODIES" jew "DODOT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 35, u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u d-deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward ta' ċerti prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________