Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Sun Mark (BULLDOG)

(Kawża T-78/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BULLDOG – Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BULL u RED BULL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Kunċett ta’ xebh kunċettwali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Renck, T. Heitmann, avukati, u I. Fowler, solicitor, sussegwentement minn A. Renck u I. Fowler)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, A. Schifko, aġenti, sussegwentement minn D. Walicka u finalment minn M. Schifko)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sun Mark Ltd (Middlesex, ir-Renju Unit) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd, hija annullata.It-talbiet ta’ Red Bull sabiex Sun Mark tiġi kkundannata għall-ispejjeż huma miċħuda bħala inammissibbli.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż ’OHMI est condamné aux dépens.