Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2011 - Peek & Cloppenburg vs UASI - Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-506/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta' Frar 2011, fil-Każ R 53/2005-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Peek & Cloppenburg" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg

Trade mark jew sinjal invokat: sinjal preċedenti ieħor, jiġifieri l-isem ta' kumpannija "Peek & Cloppenburg", li huwa validu fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-użu tat-trade mark iktar reċenti "Peek & Cloppenburg" ma jistax jiġi pprojbit u sa fejn ma saritx talba għal projbizzjoni tal-użu fit-territorju Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 12 tal-MarkenGesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks), kif ukoll ksur tal-ewwel parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell kien imissu stenna li tingħata deċiżjoni mill-Bundesgerichtshof (Qorti Federali) Ġermaniża kif ukoll li sentenza mogħtija fil-proċedimenti Ġermaniżi għat-tħassir ta' trade mark tgħaddi għal res judicata

____________