Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2011 - Event vs UASI - CBT Comunicación Multimedia (eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS)

(Kawża T-353/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Event Holding GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen and V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBT Comunicación Multimedia, SL (Getxo, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Marzu 2001 fil-Każ R 939/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejejż tagħha jekk tiġi ammessa sabiex tintervjeni quddiem il-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6483606

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali "Event" irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 39 548 073.6 għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 42 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 207/209, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li ma kienx hemm bażi għar-rifjut ta' reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS". Peress li t-trade marks kunfliġġenti u s-servizzi koperti jixxiebhu, hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn l-imsemmija trade marks.

____________