Language of document : ECLI:EU:T:2011:372





Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 – Koné vs Il-Kunsill

(Kawża T-349/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Rikors għal annullament – Terminu tar-rikors – Tardività – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni (ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656) (ara l-punt 16)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/17/PESK, tal‑11 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656 (ĠU L 11, p. 36), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 (ĠU L 93, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K. J. Koné għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal proċedura mħaffa u għal deċiżjoni bi prijorità.