Language of document : ECLI:EU:T:2010:315





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2010 – H vs Il-Kunsill et

(Kawża T-271/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Uffiċjal nazzjonali kkollokat mal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerżegovina – Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u ta’ tnaqqis fil-grad – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Identifikazzjoni tal-konvenut - Rikors dirett kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea li ma għandhiex personsalità ġuridika - Possibbiltà ta’ kjarifika mill-Imħallef għal miżuri provviżorji (l-ewwel u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906) (ara l-punti 18-21)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Indikazzjoni preċiża tas-suġġett tat-talba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(d) u 104(3)) (ara l-punt 22)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat fi proċeduri għal miżuri provviżorji u lanqas fil-kawża prinċipali - Assenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 29-37)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010 tal-kap tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea (MPUE) fil-Bożnja u Ħerżegovina li għandha bħala effett it-tnaqqis fil-grad u l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma kkunsidrati bħala l-uniċi konvenuti.

2)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.