Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta' Lulju 2011 - Gozi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-116/10)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Obbligu ta' assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta' proċedura ġudizzjarja quddiem qorti nazzjonali)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sandro Gozi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Passalacqua, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrent sostna fil-kuntest ta' proċedura kriminali quddiem qorti ta' Stat Membru.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

S. Gozi għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.11, p. 38